Assassinju Daphne: Repubblika tikteb lill-mexxejja Ewropej biex jitolbu inkjesta indipendenti

Photo Credit – DOI – Reuben Piscopo/Jeremy Wonnacott

L-għaqda Repubblika appellat lill-mexxejja Ewropej li qed jattendu s-summit tal-Ewropa t’Isfel f’Malta biex jitolbu lill-Gvern Malti jiftaħ inkjesta indipendenti dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, Repubblika qalet li bagħtet ittra lil dawn il-mexxejja llum. L-attivisti talbu lill-mexxejja biex jiddiskutu d-deterjorazzjoni tar-rispett lejn il-liġijiet (saltna tad-dritt) f’Malta u jitolbu biex is-sejbiet tal-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ġustizzja u Drittijiet Umani jiġu indirizati mingħajr dewmien biex jiġi assigurat ir-rispett tan-normi Ewropej u d-drittijiet fundamentali f’Malta.

Fl-ittra l-għaqda tkellmet dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, dwar il-kumpaniji fil-Panama taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi, u dwar l-użu ta’ Malta għall-ħasil tal-flus.

L-attivisti tallbu lill-mexxejja biex jinsistu ma’ Muscat li Malta għandha timxi man-normi Ewropej dwar id-demokrazija u r-rispett lejn il-liġi, il-protezzjoni tal-libertà tal-espressjoni, indipendenza fil-ġudikatura u fl-istituzzjonijiet, u biex Malta tieqaf tintuża għal skopijiet illeċiti minn kriminali internazzjonali.

Repubblika talbet ukoll lill-mexxejja biex jissieħbu mal-għajta tagħhom għal inkjesta indipendenti u internazzjonali dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-ittra ntbgħatet lill-President ta’ Franza Emmanuel Macron, lill-President ta’ Ċipru Nicos Anastasiades, lill-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte, lill-Prim Ministru tal-Ġreċja Alexis Tsipras, lill-Prim Ministru tal-Portugal Antonio Costa, u lill-Prim Ministru ta’ Spanja Pedro Sánchez.

Mhux se nikkunsidraw inkjesta pubblika għalissa – Malta lir-Renju Unit

Repubblika ddeskriviet lilha nnifisha bħala organizzazzjoni mis-soċjetà ċivili għad-drittijiet umani u għas-saltna tad-dritt.

L-attivisti tal-Occupy Justice jipprotestaw ħdejn Kastilja

Fi stqarrija, l-Occupy Justice qalet li l-attivisti nġabru biex ifakkru lill-mexxejja li s’issa ma nfetħitx inkjesta indipendenti fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Posted by Occupy Justice Malta on Friday, June 14, 2019