Assassinju Daphne: Omzigt imħasseb dwar il-kundizzjoni tal-Koħħu

Miguela Xuereb

Read in English.

Pieter Omtzigt, ir-rapporteur speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa li rrapporta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia qal lil The Guardian li l-awtoritajiet setgħu rrifjutaw l-evidenza li setgħet twassal biex jinqabdu dawk li kkummissjonaw il-qtil.

Il-Membru Parlamentari tan-Netherlands żied jgħid li “anke fil-Mongolja, dawk li nkixfu fil-Panama Papers kellhom jirreżenjaw”, iżda f’Malta la l-Ministru Konrad Mizzi u lanqas iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri ma rriżenjaw.

Omtzigt huwa kkunsidrat bħala veteran u investigator iebes fejn tidħol il-korruzzjoni. Waħda mill-aktar investigazzjonijiet important kienet dik dwar il-korruzzjoni u t-tixħin mill-Gvern tal-Azerbajġan. Minħabba l-attakki kontrih f’Malta, is-servizzi sigrieti tan-Netherlands kienu rrakkomandaw li Omtzigt ikun akkumpanjat minn uffiċjali armati. Il-Gvern Malti kien qabel ma din it-talba.

Assassinju Daphne: Għaliex ma sarx ftehim bejn Vincent Muscat u l-Gvern? – Omtzigt

Omtzigt imħasseb dwar il-Koħħu

Mal-Guardian, Omtzigt qal li huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni f’Malta fejn Vince Muscat (il-Koħħu) u lanqas l-avukat tiegħu m’huma mħassbin dwar il-protezzjoni adegwata li suppost kellha u għadha tingħata lil dawk li jistgħu jagħtu l-informazzjoni dwar il-qtil.

Muscat huwa wieħed mit-tliet persuni akkużati bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Skont rapport fuq The Times of Malta li kienu kkonfermati wkoll minn Newsbook.com.mt, Muscat jinsab lest li jagħti informazzjoni bil-patt li jingħata sentenza ta’ ħabs iqsar. Wara din it-talba, Muscat qed jibża’ għal ħajtu u fil-ħabs mhux jiekol ikel ħlief dak li jagħtuh il-familja tiegħu.

Qabel ma’ ġie ppubblikat l-artiklu ta’ The Guardian, il-ġurnalisti bagħtu mistoqsijiet lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-Pulizija iżda ħadd minnhom ma wieġeb.