Aġġornata: Assassinju Daphne: Għaliex ma sarx ftehim bejn Vincent Muscat u l-Gvern? – Omtzigt

Read in English.

Ir-rapporteur għall-Kunsill tal-Ewropa dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia staqsa għalfejn ma sarx ftehim bejn Vincent Muscat (il-Koħħu) u l-Gvern Malti. Muscat qed jiġi akkużat li qatel lil Caruana Galizia flimkien ma’ żewġt irġiel oħra.

Pieter Omtzigt staqsa dan fuq Twitter fejn elenka għadd ta’ mistoqsijiet fid-dawl tal-aħħar aħbarijiet b’rabta mal-każ. Staqsa wkoll x’jiġri jekk jirriżulta li l-Ministru Konrad Mizzi jkollu rabta ma’ wieħed mis-suspettati potenzjali.

Skont rapport fil-gazzetta The Sunday Times of Malta negozjant kbir qed jingħad li huwa wieħed fost tliet persuni li qed jiġu suspettati li kienu l-moħħ wara l-assassinju. Il-gazzetta kkwotat żewġ sorsi viċin l-investigazzjoni.

Assassinju Daphne: Negozjant kbir fost suspettati – rapport

X’qed jistaqsi Omtzigt?

  • L-awtoritajiet investigaw il-qtil kif suppost?
  • Hemm persuni identifikati. Għalfejn ma sarux interrogazzjonijiet?
  • Hemm min jaħseb li hemm rabta ma’ 17 Black. Dan x’jgħid dwar Konrad Mizzi u Keith Schembri li kellhom jibbenefikaw minn din il-kumpanija?
  • Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u Ian Abdilla tar-reati ekonomiċi għamlu kollox dwar 17 Black?
  • Jista’ jkun li informazzjoni mill-investigazzjoni tal-Pulizija spiċċat f’idejn ministri u suspettati?
  • Għalfejn ma sarx ftehim bejn Vincent Muscat u l-Gvern? (Muscat huwa wieħed mit-tliet persuni akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia)
  • Qed isir kollox biex ma jaħarbux ix-xhud?
  • L-Imħallef Aaron Bugeja għalfejn irrikuża lilu nnifsu issa qabel ma ġew żvelati dawn l-aħħar stejjer?

Omtzigt qal li dawn il-mistoqsijiet kollha jridu jiġi indirizzati fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju. Fakkar li dik li ordna l-Gvern ma saritx kif suppost.

Dalgħodu l-Prim Ministru Joseph Muscat għamel diskors waqt attività politika tal-Partit Laburista, però ma semma’ xejn dwar dak li ġie żvelat fil-gazzetti llum b’rabta mal-investigazzjoni fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

“Il-PL mhux il-Partit tal-ħitan” – Muscat

Il-Kunsill tal-Ewropa kkritika b’mod aħrax l-inkjesta pubblika ordnata fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Dan għaliex mhux qed tilħaq l-aspettattivi tal-Kunsill.

Assassinju Daphne: Il-Kunsill tal-Ewropa jikkritika l-inkjesta pubblika