Assassinju Daphne: L-għażla ta’ Refalo tindika min qatilha – Matthew Caruana Galizia

Read in English.

L-għażla tal-avukat Ian Refalo bħala parti mill-Kummissjoni li tmexxi l-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia tindika min kien wara l-assassinju. Dan qalu wieħed mit-tfal tal-ġurnalista, Matthew Caruana Galizia.

Matthew Caruana Galizia qal dan fuq Twitter fejn kiteb li l-Prim Ministru Joseph Muscat qed jagħmel pressjoni biex l-avukat taċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri “jinfiltra” l-inkjesta pubblika. Caruana Galizia qal li dan għandu jitwaqqaf.

Dalgħodu, il-Prim Ministru esprima l-fiduċja fl-imparzjalità tal-persuni magħżula biex jagħmu l-inkjesta. Qal ukoll li lest jisma’ t-tħassib tal-familja Caruana Galizia dwar il-Kummissjoni maħtura.

“Lest li nara u nisma’ lill-familja ta’ Daphne” – PM

Il-Ġimgħa filgħaxija, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia biex jippresedi Kummissjoni ta’ Inkjesta Pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Gvern qal li l-Kummissjoni se tkun magħmula wkoll mill-eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi u espert Kostituzzjonali l-Professur Ian Refalo u l-espert forensiku Anthony Abela Medici.

Assassinju Daphne: Il-Gvern jaħtar inkjesta pubblika

Ilbieraħ, f’kummenti li ta lil Newsbook.com.mt Pieter Omtzigt qal li qabel ma jikkummenta dwar l-inkjesta se jkun qed jara t-termini ta’ referenza, l-iskop, il-poteri kif ukoll min huma l-membri. Huwa sostna li l-inkjesta għandha tkun totalment indipendenti u dawk li huma fuq il-bord tal-kummissjoni għandhom ikunu assolutament imparzjali.

Pieter Omtzigt huwa r-rapporteur tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

‘Se nanalizza t-termini tal-inkjesta’ – Omtzigt

L-għaqda Repubblika wkoll qajmet it-tħassib dwar l-għażla tal-persuni li nħatru biex imexxu l-inkjesta.

Repubblika qalet li l-Professur Ian Refalo mhux persuna meqjusa imparzjali, il-kompetenzi ta’ Dr Anthony Abela Mediċi huma marġinalment relevanti għal inkjesta waqt li l-imħallef Emeritu Michael Mallia hija għażla stramba.

Inkjesta Daphne: Prof. Refalo mhux imparzjali – Repubblika