Assassinju Daphne: L-arresti għax kien hemm min kixef?

Hekk kif issa ġew arrestati 10 persuni fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, il-mistoqsija hija jekk xi ħadd kixifx xi informazzjoni u min se jingħata l-premju ta’ €1 miljun imwiegħed mill-Gvern.
Newsbook.com.mt dalgħodu bagħat mistoqsijiet lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u lill-kelliem għall-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, dwar jekk l-arresti sarux wara li kien hemm persuni li għaddew xi informazzjoni u li jekk kien hemm xi ħadd li kixef, hux se jingħata l-premju.
Madanakollu l-Gvern ma weġibx għall-mistoqsijiet la sa nofsinhar, il-ħin stipulat, u lanqas sal-ħin tal-pubblikazzjoni.
Il-Gvern kien offra s-somma ta’ €1 miljun għal min jgħaddi xi informazzjoni lill-awtoritajiet dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Iżda kien inqtal li mhux se jkun il-Gvern li jiddeċiedi min jieħu s-somma imma li l-punt ta’ riferiment se jkun ir-rapport tal-Inkjesta Maġisterjali.
Waqt li talbu għar-riżenja tal-Prim Ministru, il-familja ta’ Caruana Galizia kienu qalu li mhux flus iridu imma li jinbidlu l-affarijiet.