Assassinju Daphne: L-akkużati se jibqgħu arrestati

It-tliet persuni akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia reġgħu ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.

Illum il-Qorti reġgħet ċaħdet it-talba tal-ħelisen mill-arrest ta’ Alfred Degiorgo Il-Fulu, George Degiorgio Iċ-Ċiniż, u ta’ Vince Muscat Il-Koħħu li ilhom jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin mill-arrest tagħhom fl-4 ta’ Diċembru li għadda.

Il-Qorti qalet li għalkemm il-gravità ta’ offiża mhix argument b’saħħtu biżżejjed biex ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest, dan irid jiġi meħud f’konsiderazzjoni flimkien ma’ fatturi oħra.

Il-Qorti qalet ukoll li mhix konvinta li l-akkużati jżommu mal-kundizzjonijiet li jkunu imposti fuqhom li kieku kellhom jingħataw il-ħelsien.

Il-ġimgħa li għaddiet ġie żvelat li l-Pulizija qed tinvestiga aktar persuni b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Għadu mhux magħruf min huwa l-moħħ wara l-assassinju.