Assassinju Daphne: Jintalbu jixhdu l-Kummissarju u l-Kap tas-Servizzi Sigrieti

Read in English.

Wieħed mis-suspettati fl-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia jrid li jixhdu l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Investigatur ewlieni u l-Kap tas-Servizzi Sigrieti fil-każ Kostituzzjonali.

Il-każ huwa dwar il-validità tat-telefonati tiegħu li ġew interċettati mill-Pulizija iżda li qatt ma ntużaw fil-Qorti.

AQRA: Jisħqu li t-telefonati ġew interċettati illegalment

Caruana Galizia ġiet assassinata barra d-dar tagħha nhar it-Tnejn 16 ta ’Ottubru 2017. Tliet irġiel ġew akkużati formalment bl-assassinju tagħha. L-aħwa George (iċ-Ċiniż) u Alfred (il-Fulu) Degiorgio, u Vince Muscat (il-Koħħu).

F’Novembru l-Qorti assenjat żewġ ġranet biex jitkomplew is-seduti f’dan il-każ.