Assassinju Daphne: Jerġgħu ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest

It-tliet akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia reġgħu ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest għat-tieni darba fi żmien xahar.

L-aħwa George Degiorgio, iċ-Ċiniż, u Alfred Degiorgio, il-Fulu, flimkien ma’ Vince Muscat, il-Koħħu, ġew arrestati fl-4 ta’ Diċembru akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista permezz ta’ karozza bomba.

Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Avukat Ġenerali Antonio Mizzi wara li applikazzjoni identika għal dik li ġiet irrifjutata mill-Imħallef Giovanni Grixti l-ġimgħa l-oħra.

Fit-2 ta’ Lulju, il-Qorti kienet qalet li mhix konvinta li l-akkużati jżommu mal-kundizzjonijiet li jkunu imposti fuqhom li kieku kellhom jingħataw il-ħelsien.

Intant, illum l-Avukat Ġenerali akkuża lid-difiża tat-tliet suspettati, li qed jilgħabu mal-liġi wara li ppreżentaw proċedimenti ġodda għall-ħelsien mill-arrest tal-klijenti tagħhom quddiem il-Qorti Kostituzzjonali.