​Assassinju Daphne: “Impjegat tal-OPM segwa l-passi tagħha jum qabel inqatlet”

Il-familja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia qed takkuża lill-impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà, talli kien qed isus warajha jum qabel inqatlet.
F’rikors kriminali, il-familja ta’ DCG issottomettiet kopja tal-allegati ritratti li Gafà stess kien tefa’ fuq il-paġna tal-mezzi soċjali tiegħu stess.
Dawn ir-ritratti juru lil Caruana Galizia flimkien ma’ żewġha Peter fil-Furjana, il-Ħadd 15 ta’ Ottubru waranofsinhar.

 Il-familja ta’ Daphne qalet li l-imġiba tal-impjegat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija meqjusa bħala reat skont il-kodiċi kriminali ta’ Malta.
 Is-sena li għaddiet, Gafà ġie akkużat li rċieva tixħim biex joħroġ viżas mediċi lil-Libjani. Huwa kien ċaħad dawn l-allegazzjonijiet.