Assassinju Daphne: Il-Qorti tiċħad it-talba taċ-Ċiniż

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Prim Awla tal-Qorti ma laqgħetx it-talba ta’ George Degiorgio biex jiġi sospiż is-smigħ tal-każ fil-Qorti Kriminali, fil-31 t’Ottubru li ġej.

George Degiorgio huwa akkużat flimkien ma’ ħuh Alfred Degiorgio u Vincent Muscat bl-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia bħal-lum sentejn.

Fil-Qorti l-avukat ta’ Degiorgio argumenta li l-Qorti għandha tissospendi s-smigħ kontra l-klijent tiegħu sakemm tiġi deċiża l-kawża li fetaħ aktar kmieni dan ix-xahar. F’din il-kawża George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż talab lill-Qorti biex telefonati li ġew interċettati mill-Pulizija u qatt ma ntużaw fil-Qorti m’għandhomx jibqgħu fir-rekord ta’ dan il-każ. F’din il-kawża l-avukat William Cuschieri argumenta dwar kemm jekk hux vera l-pulizija għandha din l-evidenza u jekk għandha kemm it-tapping tat-telefonati sar b’mod legali.

Il-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Toni Abela iddċieda li ma jilqax it-talba Degiorgio u għalhekk is-smigħ tal-kawża fil-Qorti Kriminali se jibda fil-31 t’Ottubru.