Il-Qorti ddeċidiet li d-Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta m’għandux ikun involut fl-investigazzjoni fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kawża ta’ kunflitt ta’ interess minħabba li miżżewweġ ministru.
Il-familjari tal-ġurnalista assassinata kienu kkuntestaw il-preżenza ta’ Valletta fl-investigazzjoni fejn sostnew li ż-żwieġ tiegħu mall-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u l-irwol tiegħu bħala membru fuq il-bord tal-Aġenzija tal-Gvern ta’ Malta kontra l-ħasil tal-flus, l-FIAU joħolqu kunflitt ta’ interess.
L-imħallef Silvio Meli qal li kienet xi ħaġa naturali li jqumu dubji meta jkollok persuni esposti politikament.
Kemm Valletta kif ukoll martu kienu kkritikati b’mod aħrax mill-ġurnalista assassinata.