Assassinju Daphne: Il-Maġistrat Neville Camilleri se jmexxi l-inkjesta

Arkivji

Il-Maġistrat Neville Camilleri se jkun qed imexxi l-inkjesta fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia wara li l-Maġistrat Anthony Vella se jkun appuntat bħala Mħallef skont rapporti fil-midja lokali.

Camilleri ħa l-ħatra tiegħu bħala Maġistrat fl-2011.

Il-Gvern ta parir lill-President ta’ Malta biex taħtar tliet Imħallfin u tliet Maġistrati ġodda li kollha ġew approvati mill-Kumitat dwar il-Ħatra tal-Ġudikanti.

It-tliet Imħallfin ġodda jinkludu lill-Maġistrat Anzjan Dr Anthony J. Vella, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera, u l-Maġistrat Grazio Mercieca.

Aktar kmieni dan ix-xahar, l-Għaqda Reporters Without Borders (RSF) qalet li l-Maġistrat Vella se jinbidel, ħaġa li qalet li titfa’ dubju fuq l-awtoritajiet.