Assassinju Daphne: Il-Fulu, iċ-Ċiniż u l-Koħħu ma jingħatawx il-ħelsien mill-arrest

It-tliet akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia mhux se jingħataw il-libertà proviżorja.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest nhar it-Tlieta li għadda ma ġietx aċċettata mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.
Il-Maġistrat ikkonkludiet li hemm diversi raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħha.
Il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Alfred Degiorgio (Il-Fulu), George Degiorgio (Iċ-Ċiniż) u Vince Muscat (Il-Koħħu) se tkompli għada l-Ġimgħa.
Il-Maġistrat Stafrace Zammit diġà qalet li hemm biżżejjed evidenza biex it-tliet akkużati jgħaddu ġuri.