Assassinju Daphne: Il-Europol tissieħeb fl-investigazzjoni

Stqarrija tal-Korp tal-Pulizija ikkonfermat li tliet analisti mill-Europol se jaslu Malta din il-gimgħa biex jgħinu fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat li dawn l-analisti se jkunu qed jassisstu lill-Pulizija Maltija fl-investigazzjoni tagħha.
Il-materjal splussiv għadu qed jiġi investigat
Il-Pulizija qalet li, minkejja li qed jissemmew ħafna tipi ta’ splussivi fil-media, huwa prematur li wieħed jispekula dwar it-tip ta’ splussiv li ntuża fl-assassinju. Qalet li bħal issa qed isiru investigazzjonijiet u testijiet fuq il-materjal kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta. Skont il-Pulizija, dawn it-testijiet qed isiru fl-aqwa laboratorji forensiċi fl-Ewropa.
Il-Pulizija temmet tgħid li kull min għandu xi informazzjoni marbuta ma’ dan il-każ, jista’ jċempel fuq 22942008. Spjegat li kull informazzjoni qed tiġi proċessata minn numru ta’ Response Teams li ġew imwaqqfa apposta.