Assassinju Daphne: Iktar minn mandant wieħed u mottiv wieħed – Azzopardi

Sarah Cassar Dymond

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi allega li l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kellu iktar minn mandant wieħed u mottiv wieħed. 

Fil-Parlament huwa qal li fil-ġimgħat li ġejjin se toħroġ il-verità kollha dwar dan il-każ u r-raġuni vera għaliex l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-eks Chief of Staff tiegħu Keith Schembri sejħu elezzjoni bikrija.

Hu żvela li bħalissa Muscat jinsab f’Miami, fl-Istati Uniti permezz ta’ biljett tal-arju li nxtara minn Istanbul, it-Turkija, bi flus kontanti. Azzopardi qal li Muscat ta’ sikwit qed ikun it-Turkija. 

Id-deputat Nazzjonalista qal li hu stramb kif wieħed mill-akkużati bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, Vince Muscat ‘il-Koħħu’, għażel li jpoġġi l-ismijiet ta’ Muscat, Schembri, l-Avukat Ġenerali Peter Grech u l-Ministru Owen Bonniċi bħala x-xhieda tad-difiża tiegħu.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħa l-ħin tal-aġġornament biex jargumenta li f’dan il-mument ta’ kriżi internazzjonali fejn il-WHO ddikjarat pandemija minħabba l-coronavirus, il-Gvern Malti ma jistax jilqa’ għal din l-emerġenza billi juża l-isptarijiet Karen Grech, San Luqa u ta’ Għawdex. Il-poplu issa se jibda jħoss l-effett tal-korruzzjoni tal-Gvern ta’ Joseph Muscat, temm jgħid Azzopardi.