Assassinju Daphne: Id-drittijiet ta’ Degiorgio ma nkisrux – il-Qorti

Read in English.

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili ċaħdet l-akkużi ta’ wieħed mill-akkużati fl-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia li l-pulizija u l-prosekuturi kisrulu d-drittijiet meta naqsu milli jitolbu għal-laptop mingħand il-familja.

L-avukat ta’ Degiorgio kien qal li l-Pulizija ma kienux qed jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jiġbru l-evidenza kollha, inkluż il-laptop. Huwa kien argumenta li l-laptop jista’ jkun fih informazzjoni sensittiva dwar terzi parti li jistgħu ikunu responsabbli tal-assassinju.

Fis-sentenza tiegħu, l-Imħallef Mark Chetcuti qal li r-rikors ippreżentat kien “prematur għall-aħħar”. Huwa żied jgħid li Degiorgio m’hu qed isofri ebda preġudizzju f’dan l-istadju meta hu stess anqas jaf il-kontenut tal-laptop u kif dan il-laptop jew informazzjoni li fih tista’ taġevolah.

L-Imħallef stqarr li sa dan l-istadju ma jistax jingħad anki b’mod remot li l-pulizija jew il-Qorti qed jiċħdu xi dritt ta’ smigħ xieraq. Huwa għalhekk issuġġerixxa li l-Kodiċi Kriminali jipprovdu alternattiva lil Degiorgio billi permezz ta’ rikors ikun jista’ jitlob li tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali biex il-laptop jiġi ppreservat.