Assassinju Daphne: Id-dimostrazzjoni mil-lenti tar-Reuters

REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Mijiet ta’ persuni nġabru fil-Belt Valletta għal dimostrazzjoni, sentejn wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Id-dimostrazzjoni tmexxiet mill-familja ta’ Daphne li żammew strixxun bil-kliem “Verità u Ġustizzja”.

Għadd ta’ kelliema taw diskorsi fosthom neputija tal-ġurnalista li qalet li kien hemm min qalilha li jkun tajjeb jekk jisplodu lilha wkoll.

AQRA: Qaluli kien ikun aħjar splodew lili wkoll – neputija ta’ Daphne

Mat-tokki tat-3pm, għadd ta’ persuni fosthom rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet li kienu jinsabu Malta biex ifakkru s-sentejn mill-assassinju tal-ġurnalista Maltija ħadu sehem f’mument ta’ silenzju fil-Bidnija, il-post fejn spoldiet il-karozza bomba li qatlet lil Daphne.

Filmat: Sentejn ilu, fl-istess post, fl-istess ħin

Ir-ritratti huma tal-fotografu ta’ Reuters Darrin Zammit Lupi: