​Assassinju Daphne: “Iċċara jekk għadhiex għaddejja l-investigazzjoni”

Il-Membru tal-Parlament u l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talab lill-Gvern jiċċara jekk l-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għadhiex għaddejja.
Waqt l-aġġornament fil-Parlament illum, Busuttil tkellem dwar it-tweġiba tal-Gvern għar-rapport tal-missjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet tinvestiga r-rispett lejn il-liġijiet f’Malta. Illum, fil-Parlament ħareġ li din it-tweġiba ġiet tiswa €26,000.
Busuttil qal li fit-tweġiba tiegħu, il-Gvern kien kiteb li “l-investigazzjoni dwar il-omiċidju tas-Sinjura Galizia kienet l-aktar waħda intensiva u għalja li qatt rat Malta”. It-tweġiba tgħid ukoll li “l-investgazzjoni kienet kumplessa ħafna”,
Busuttil irrimarka li l-verbi li ntużaw kienu verbi fil-passat. Huwa talab lill-Gvern biex jgħid jekk l-investigazzjoni għadhiex għaddejja.