Assassinju Daphne: Iċ-Ċiniż irid jissospendi s-smigħ fil-Qorti

Dan sakemm tiġi deċiża kawża dwar phone-tapping

Read in English.

George Degiorgio, wieħed mit-tlett irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia jrid lill-Qorti Kriminali tissospendi s-smigħ kontrih. Dan sakemm tiġi deċiża kawża li Degiorgio (magħruf ukoll bħala ċ-Ċiniż) fetaħ dwar phone-tapping li sar fuqu.

Ħamest ijiem ilu, l-avukati ta’ Degiorgio kkontestaw il-legalità ta’ dawn il-phone-taps.

L-avukati qed jgħidu li dawn il-phone-taps kienu kruċjali biex ġew arrestati t-tlett irġiel – George Degiorgio, Alfred Degiorgio, u Vincent Muscat. Qalu li huwa evidenti li l-eżitu tal-kawża tal-phone-tapping jaf ikollu effett fuq il-kawża kriminali.

L-Imħallef Edwina Grima mistennija tippresjedi fuq is-smigħ preliminari fil-31 ta’ Ottubru qabel ma jibda l-ġuri.

George Degiorgio fetaħ każ quddiem il-Qorti Kostituzzjonali dwar it-telefonati tiegħu li ġew interċettati mil-Pulizija iżda li qatt ma ntużaw il-Qorti. Huwa qal li huma illegali u għalhekk m’għandhomx jibqgħu fir-rekord ta’ dan il-każ.

Assassinju Daphne: Jisħqu li t-telefonati ġew interċettati illegalment

Għalkemm is-smigh preliminari se jsir fl-aħħar ta’ Ottubru, ma jfissirx li l-kawża propja se tkun qed tibda daqt. Jekk ma tibdiex fi żmien 17-il xahar, it-tliet persuni akkużati bil-qtil tal-ġurnalista jkunu eliġibbli biex jinħelsu mill-arrest.

Assassinju Daphne: Titħabbar id-data tas-smigħ qabel il-ġuri