Assassinju Daphne: Dalwaqt tkompli l-kumpilazzjoni

Dalgħodu, quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit  se tkompli l-kumpilazzjoni l-kumpilazzjoni dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. It-tliet akkużati huma Alfred Degiorgio magħruf bħala "il-Fulu", ħuh George Degiorgio "ċ-Ċiniż" u Vince Muscat "il-Koħħu".
Dalgħodu il-pulizija immexxija mill-Ispettur Keith Arnaud tkompli tressaq il-provi tagħha.
Il-bieraħ, l-akkużati permezz tal-avukati tagħhom talbu lill-Maġistrat biex ma tismax il-kumpilazzjoni iżda l-Maġistrat ma aċċettatx.
L-Ispettur Arnaud tkellem fit-tul dwar il-kuntatti telefoniċi li saru. Huwa qal li t-telefon li intuża kien stallat f’Novembru tas-sena l-oħra. Huwa qal ukoll li l-pulizija tissuspetta illi fil-qrib kien hemm persuna għassa għall-movimenti tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Rapport dwar dak li sar il-bieraħ waqt il-kumpilazzjoni jista’ jinqara hawn.
Newsbook.com.mt se jinfurmakom minuta b'minuta xi jkun qed jiġri.