Assassinju Daphne: Casa jixhed fl-inkjesta

Il-Membru tal-Parlament Ewropew (MPE) Nazzjonalista David Casa ntalab jixhed fil-Qorti bħala parti mill-investigazzjoni maġisterjali li qed issir dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Casa qal li ntalab jixhed mill-Maġistrat Anthony Vella li qed imexxi l-inkjesta. Huwa ntalab jiddiskuti ċertu dokumenti li huma fil-pussess tiegħu. Dam jixhed 45 minuta.
L-Għaqda Reporters Without Borders (RSF) riċentement qalet li l-Maġistrat li qed imexxi l-investigazzjoni fl-assassinju ta' Caruana Galizia se jinbidel. Temmen li dan jitfa’ dubju fuq l-awtoritajiet Maltin.
Ritratt: Arkivji