Assassinju Daphne: Casa jitlob l-għajnuna tal-Emirati Għarab Magħquda

Insista li huwa ċar li 17 Black hija relatata tal-qtil ta' Daphne

L-MEP Nazzjonalista u kwestur fi ħdan il-Parlament Ewropew David Casa appella lill-Emirati Għarab Magħquda biex jassiguraw li jkun hemm kooperazzjoni dwar l-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, Casa insista li la issa sid il-kumpanija 17 Black għadu kif ġie arrestat b’rabta mal-assassinju, huwa iktar ċar minn qatt qabel li l-kumpanija barranija hija marbuta mal-każ.

Assassinju Daphne: Jinħareġ il-mandat ta’ arrest għal Yorgen Fenech

David Casa huwa l-kelliem tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) dwar il-Ħasil ​​tal-Flus fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Huwa jifforma wkoll parti mid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Peniżola Għarbija, li tinkludi l-Emirati Għarab Magħquda.

Huwa fakkar kif hu kien talab lil Noor Bank, bank ibbażat f’Dubaj, biex jinvestiga l-kont bankarju miżmum minn 17 Black. Dan kien wassal għall-iffriżar ta’ $2 miljun, li kienu misjuba fil-kont.

Casa jitlob lil bank f’Dubaj għad-dettalji ta’ 17Black

Temm jgħid li Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet biex ma tesponix l-attività kriminali li qed issir minn nies fl-ogħla livelli ta’ poter.

Aqra iktar minn din l-istorja:

Fejn kien sejjer Yorgen Fenech?

Filmat: L-arrest mhux minn dettalji li ta s-sensar – PM

Filmat: Inċidenti bejn ix-xufier tal-Ministru Bonnici u l-attivisti