Assassinju Daphne: 8 xhur wara “mhux se niġu msikkta”

Read in English.

Tmien xhur wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia reġgħet instemgħet l-għajta ta’ dawk li ma jridux jiġu msikkta.

Matul il-lejl attivisti mhux identifikati waħħlu għadd ta’ strixxuni mal-ġnub tat-toroq ewlenin bil-kliem “we will not be silenced”, “aħna mhux se niġu msikkta”.

Kif saret id-drawwa kull 16 tax-xahar, illejla fis-7.30pm, Awturi flimkien ma’ Occupy Justice mistennija jorganizzaw velja ma’ ġenb il-mafkar għal Daphne quddiem il-Qorti fil-Belt Valletta.

Ilbieraħ, il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Vĕra Jourová poġġiet bukkett fjuri mal-qabar ta’ Daphne Caruana Galizia.