​Assassinat politiku Kosovo-Serb prominenti

Il-politiku Kosovo-Serb prominenti Oliver Ivanovic ġie assassinat quddiem l-uffiċini tal-partit tiegħu f’Mitrovica fil-Kosovo.
Skont il-midja internazzjonali, Ivanovic intlaqat minn erba’ tiri f’sidru u miet l-isptar ftit wara.
Wara li ħarġet din l-aħbar, negozjanti tal-Gvern Serb ħarġu minn laqgħa li kienet għaddejja mal-Albaniżi tal-Kosovo fi Brussell.
Il-Kosovo baqa’ mifrud etnikament wara li nqata’ minn mas-Serbja.
Ivanovic li kellu 64 sena kien imexxi partit bl-isem ta’ Ħelsien, Demokrazija, u Ġustizzja. Kellu rwol importanti waqt in-negozajti ta’ bejn in-NATO u l-Unjoni Ewropea.
Huwa kien qed jaffaċċja proċess ġudizzjarju mill-ġdid dwar allegazzjonijiet li kien wettaq reati tal-gwerra kontra l-Albaniżi fl-1999. F’Jannar tal-2016, ingħata sentenza ta’ disgħa snin ħabs, iżda nħeles wara li sar appell fil-Qorti sena wara. Huwa dejjem ċaħad l-allegazzjonijiet.