Tal-Wikileaks lest jagħti ruħu b’idejh lill-Pulizija Ingliża

Il-fundatur ta’ Wikileaks Julian Assange dalwaqt se jħalli l-ambaxxata tal-Ekwador biex imur għand il-Pulizija Ingliża. Din l-aħbar ħarġet waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Assange stess.
Skont Syknews, Assange se jħalli l-ambaxxata għax għandu bżonn kura medika minħabba problemi f’qalbu. 
Id-DailyMail kitbet li l-ambaxxata Ekwadorjana talbet l-awtorizzazzjoni  biex jiġi rikoverat mingħajr ma jiġi arrestat.  L-Ingliżi jidher li rrifjutaw din it-talba.
Assange ilu jsib refuġju fl-ambaxxata għal dawn l-aħħar sentejn.