Assange jintbagħat il-ħabs wara ksur tal-ħelsien mill-arrest

FILE PHOTO: WikiLeaks founder Julian Assange is seen in a police van after was arrested by British police outside the Ecuadorian embassy in London, Britain April 11, 2019. REUTERS/Henry Nicholls/File Photo

Il-kofundatur ta’ Wikileaks, Julian Assange, intbagħat 50 ġimgħa ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Skont il-BBC, ir-raġel li għandu 47 sena instab ħati li kiser il-kundizzjonijiet wara l-arrest tiegħu fl-Ambaxxata tal-Ekwador. Hu sab refuġju f’ambaxxata f’Londra fl-2012 sabiex jevita li jiġi estradit lejn l-Iżvezja dwar allegazzjonijiet ta’ aggressjoni sesswali li hu sostna li mhumiex veri.

F’ittra li nqart fil-Qorti, Assange qal li sab lilu nniffsu f’sitwazzjonijiet kemmxejn diffiċli. Talab skuża lil dawk kollha li jemmnu li b’xi mod jew ieħor iddisrispettahom. Qal li gl-passat għamel dak li ħaseb kien l-aħjar ħaġa li seta’ jagħmel u forsi l-unika ħaġa li seta’ jagħmel. L-avukat tiegħu sostna li Assange spiċċa mwerwer minn dak li setgħet tagħmillu l-Amerka.