Assad qabel Trump?

Huwa mistenni li l-President Sirjan Bashar al-Assad jiltaqa’ mal-President tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un.
Dan tħabbar mill-midja tal-istat tal-Korea ta’ Fuq u din se tkun l-ewwel żjara ta’ kap ta’ stat fi Pyonyang minn meta Kim Jong-Un ħa r-riedni tal-poter f’idejh.
Din l-aħbar kienet ikkonfermata wkoll minn Assad innifsu li sostna li bi ħsiebu jiltaqa’ mal-“Eċċellenza” tiegħu Kim Jong-Un.
Mhux magħruf meta se sseħħ il-laqgħa. Il-laqgħa bejn Kim Jong-Un u Donald Trump se ssir f’Singapore fit-12 ta’ Ġunju.
Iż-żewġ pajjiżi jinsabu fil-mira ta’ sanzjonijiet internazzjonali minħabba l-programmi ta’ armamenti tagħhom kif ukoll minħabba l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.