Assad jieħu l-kontroll tal-fruntiera Sirjana

REUTERS/Alaa Al-Faqir/File Photo

Il-President Bashar al-Assad mistenni jerġa’ jirkupra l-kontroll tal-fruntiera Sirjana, Golan Heights. Din iż-żona hija okkupata mill-Iżrael iżda f’rebħa kontra r-ribelli, iż-żewġ naħat qablu li din tingħata lil Assad.

Assad diġà rkupra parti kruċjali tal-fruntiera tal-Ġordan. Rapporti internazzjonali qed jgħidu li din timmarka stadju ieħor fl-isforzi tiegħu biex jirkupra l-kontroll fuq pajjiż maqsum b’iktar minn 7 snin ta’ kunflitt.

Skont termini li kienu rrappurtati wkoll mill-midja militari mmexxija mill-grupp Hezbollah tal-Libanu qalu li dawk li ma jaċċettawx il-ftehim se jitħallew jgħaddu minn passaġġ sikur lejn il-provinċja ta’ Idlib. Il-Hezbollah, li huwa grupp appoġġat mill-Iran, qed jiġġieled fis-Sirja bl-appoġġ ta’ Assad.

Aqra iktar fid-dettall hawn.