Asia Bibi titlaq mill-Pakistan

Asia Bibi, omm ta' ħamsa, tistenna l-appell minn sentenza li kkundannatha għall-mewt

Il-mara Kristjana mill-Pakistan li għamlet tmien snin tistenna l-eżekuzzjoni tagħha wara li kienet akkużata inġustament bil-liġi tad-dagħa telqet mill-Pakistan. Dan intqal mill-avukat ta’ Asia Bibi u mill-midja tal-pajjiż. Bibi telqet mill-Pakistan wara iktar minn sitt xhur li nħelset mill-akkużi mill-Qorti Suprema tal-Pakistan.

AQRA: Il-Qorti Suprema Pakistani tikkonferma l-ħelsien ta’ Asia Bibi

L-avukat ta’ Bibi qal li Bibi telqet lejn il-Kanada.

Kemm l-uffiċjali tal-Pakistan u tal-Kanada għandhom ma kummentawx b’mod uffiċjali dwar il-tluq ta’ Bibi mill-Pakistan.

F’Ottubru li għadda Bibi inħelset mill-Qorti Suprema u waslet biex Iżlamisti fundamentalisti pprotestaw kontra d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Qorti. Huma kienu wissew kontra li Bibi titħalla titlaq mill-pajjiż.

AQRA: Rapporti li l-Gvern tal-Pakistan mhux se jħalli lil Asia Bibi titlaq mill-pajjiż

L-avukat ta’ Bibi Saif Ul Malook qal lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters li wara li staqsa, huwa kien infurmat li Bibi telqet lejn il-Kanada.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pakistan ma tax kummenti dwar il-każ. Filwaqt li l-kelliema għall-Gvern Kanadiż qalet li l-Kanada ma għandha l-ebda kummenti dwar il-każ.

F’Novembru li għadda l-Prim Ministru Kanadiż qal li l-Kanada kienet għaddejja bit-taħdiet mal-Pakistan biex jgħinu lil Bibi. Bibi mistenniha titlob ażil.