Asensio ma jeskludix li jista’ jitlaq lil Real Madrid

Marco Asensio ta’ Real Madrid ta ħjiel li jista’ jitlaq lil Los Blancos wara t-Tazza tad-Dinja ta’ din is-sena. Liverpool jidhru interessati fil-plejer internazzjonali Spanjol u jista’ jkun li joffru €180 miljun sabiex jakkwistaw lill-plejer ta’ 22 sena mingħand Real Madrid.

It-tim ta’ Jurgen Klopp falla milli jikkonkludi t-trasferiment ta’ Nabil Fekir mingħand Lyon u qed ifittxu s-sostitut ta’ Philippe Coutinho. Liverpool diġà xtraw lil Naby Keita mingħand it-tim Ġermaniż RB Leipzig u kapaċi jonfqu somma rekord għall-klabb sabiex jakkwistaw lil Asensio li lagħab 55 logħba ma’ Real Madrid f’La Liga minn meta ngħaqad magħhom mingħand Mallorca fl-2014.

Miġjub lilek minn Hublot