Filmat: Artisti u mużiċisti jingħaqdu għal kunċert b’risq Dar Bjorn

Wara s-suċċess tas-sena l-oħra, ALS Malta se tkun qed terġa’ torganizza avveniment ambizzjuż bil-għan li jinġabru aktar fondi għal Dar Bjorn.

Il-kunċert se jsir l-Erbgħa 4 ta’ Settembru u jibda għall-ħabta tas-19.30 fi Pjazza San Ġorġ.

Il-Versatile Brass għal darb’oħra se tkun qed tingħaqad mal-ALS għal dan il-kunċert waqt li għadd kbir ta’ artisti se jkunu qed jagħtu sehimhom għal dan il-kunċert, li d-dħul għalih huwa b’xejn imma se jkunu qed jinġabru donazzjonijiet mal-bieb bil-għan li jinġabru aktar fondi b’risq Dar Bjorn.

The Travellers, Ira Losco, Red Electrick, Big Band Brothers, Pamela Bezzina, Glen Vella, Martina Borg, Christabelle, Brooke Borg, Kevin Paul Calleja, Jancie Mangion, Amber, Christian Arding, Nadine Axisa, Mike Spiteri, Gloriana Arpa Belli, Ozzy Lino, Harpist Jacob Portelli, Angela Tirchett u Cherylis Camilleri huma fost l-artisti li s’issa tħabbru li se jkunu qed jagħti sehimhom f’dan il-kunċert.

Għalkemm il-kunċert huwa b’xejn, se jkun hemm numru ta’ siġġijiet riservati għal dawk li jridu jixtru biljetti VIP.

Dan permezz tas-sit http://bit.ly/versatile4als

Djar Bjorn huwa proġett li jista’ jirnexxi bis-saħħa ta’ kulħadd!