Artisti u akkademiċi jappellaw lill-Gvern dwar il-Greċja

Grupp ta’ akkademiċi, persuni li jaħdmu fil-qasam tal-arti u l-letteratura, u għaqda ta’ studenti qed jappellaw biex il-Greċja tingħata l-appoġġ meħtieġ, anke mill-Gvern Malti, għax Malta, il-Mediterran u l-Ewropa għandhom “dejn kulturali enormi” magħha.
Il-firmatarji tal-appell qed jisħqu li fl-istorja ta’ Malta antika u fl-istorja iktar riċenti, hemm konnessjonijiet mal-Greċja u l-Elleniżmu.
Qed jappellaw biex id-diskussjoni ma tibqax biss fuq livell ekonomiku u li s-sitwazzjoni ekonomika tal-Greċja ma sservix ta’ għamad għall-wirt Elleniku f’Malta u fl-Ewropa.