Artisti Maltin u barranin jiltaqgħu flimkien fil-Malta International Arts Festival

Bħala parti mill-Malta International Arts Festival se jkun hemm żfin kontemporanju u mużika minn Tlieta (3) u ŻfinMalta.
Flimkien mal-Grammy Award winner Arvo Pärt u l-installazzjoni interattiva Bandli, l-udjenza tista’ tara ż-żifna kontemporanja  imtella’ minn ŻfinMalta u tisma’ l-mużika kontemporanja minn POW Ensemble.
POW Ensemble huwa grupp Ġermaniż immexxija mill-kompożitur Luc Houkamp u se jikkolaboraw ma’ poeti u kompożituri Maltin.
Is-serata se tittella’ nhar it-12 ta’ Lulju fid-9pm fil-Fortress Builders. L-attività qed issir flimkien mal-Ambaxxata Olandiża u mal-Prins Bernhard Cultuurfonds fl-Olanda.
Tlieta(3) se tittella’ nhar il-11 ta’ Lulju fid-9pm, fit-Teatru Rjal.
Fis-serata se jittella’ x-xogħol ta’ Rachel Calleja u tinkludi wkoll lil Jess Rymer, Veronique Vella u l-kompożitriċi Konstantina Polychronopoulou.