Artisti Ċiniżi jagħtu pitturi għall-MCCF

Artisti Ċiniżi ppreżentaw għadd ta’ pitturi lill-President ta’ Malta għall-Fine Arts Auction b’risq il-Malta Community Chest Fund li se jsir aktar tard dan ix-xahar.
Il-President Marie-Louise Coleiro Preca ltaqgħet mal-grupp ta’ 12-il artist li qegħdin f’Malta biex permezz tat-talenti tagħhom jkunu ta’ għajnuna għal dawk fil-bżonn.
Iltaqgħet ukoll ma’ żewġ kantanti famużi Ċiniżi, Chang Xinan u Xue Kong Lingzhen li huma persuni b’diżabilità u li għada se jagħtu kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza fis-Sala Sr Nemesia Villa fl-Iskola tal-Immakulata Kunċizzjoni f’Ħal Tarxien fis-7pm.
Fost l-oħrajn se jkantaw Tfajjel Ċkejken.
Ritratti: OPR