​Artist tat-tattoos jgħid lis-saċerdoti x’jaħseb dwar il-Knisja

Is-saċerdoti Maltin kellhom l-opportunità jisimgħu x’jaħsbu ż-żgħażagħ Maltin dwar il-knisja. Fost dawk li kellmu lis-saċerdoti kien hemm artist li jagħmel it-tattoos, ħaddiema soċjali, inġinier tas-sound, student tal-hairdressing u żagħżugħ Kattoliku li li jaħdem f’negozju tal-familja.
Dawn kien uħud minn dawk li ndirizzaw il-laqgħa tal-Aġġornament tal-Kleru għas-sacerdoti kollha fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, bit-tema “Il-ħtieġa tal-vuċi taż-żgħażagħ fil-Knisja”.
Matul dawn it-tliet ijiem fis-Seminarju tal-Arċisqof, is-saċerdoti semgħu direttament miż-żgħażagħ dwar kif iħarsu lejn il-Knisja. 
Fl-istess aġġornament li sar mal-Malta Catholic Youth Network, is-saċerdoti fehmu iktar fejn iż-żgħażagħ qed iqattgħu il-ħin u jibnu l-identità tagħhom.
Dan sar permezz ta’ focus groups għas-saċerdoti f’diversi oqsma bħall-familja, edukazzjoni u sport, il-volontarjat, u l-midja soċjali.
Tkellmu wkoll is-CEO tal-Aġenzija Żgħażagħ Miriam Teuma, is-Sależjan Fr Fabio Attard, u l-Arċisqof Charles Scicluna li għalaq il-laqgħa.
It-tema għal din is-sena intgħażlet fid-dawl tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-żgħażagħ li sejjah il-Papa Franġisku f’Ottubru li gej.
Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni, Kurja