Artie Sailing Team vara dgħajsa ġdida għar-Rolex Middle Sea Race

Id-dgħajsa ġdida ta’ Artie Sailing Team għada kif ġiet varata fil-Marina di Valletta bil-lest għar-Rolex Middle Sea Race 2019. It-tim Malti għandu ambizzjonijiet għolja għal din l-edizzjoni u qed jimmira għal pożizzjoni tajba fil-kategorija tiegħu.

Artie Sailing Team huwa magħruf sew f’dan l-isport, kemm f’Malta kif ukoll barra. It-tim diġà kellu l-opportunità juri l-ħila tiegħu f’okkazzjonijiet oħra, fil-fatt rebaħ ir-Rolex Middle Sea Race darbtejn, fl-2011 u fl-2014.

L-iskwadra hija mmexxija minn Lee Satariano u Christian Ripard li bejniethom għandhom esperjenza twila fit-tbaħħir. Din is-sena, huma qed jikkompetu b’dgħajsa tal-għola livell li mhux biss hija aktar veloċi iżda wkoll aktar impenjattiva. Magħhom, irenxxielhom jibnu tim ta’ talent kbir magħmul minn: Sean Arrigo, Annemieke Bes, Mathieu Almekinders, Erik Jan van de Zande, Karl Miggiani, Justin Busuttil u Jake Satariano.Il-jott il-ġdid huwa tat-tip HH42 iddisinjat mill-kumpanija ewlenija Judel-Vrolijk u li bħala hawn biss ħamsa oħra fid-dinja. L-istruttura hija magħmula mija fil-mija minn carbon fibre u tiżen ftit aktar minn 4.2 tunnellata. Id-dgħajsa ġiet ridotta sal-essenzjal biex tiffaċilita l-aċċelerazzjoni u veloċità massima.