Arti u artiġjanat…aħrablu lejn iż-Żejtun

Jekk jogħġbok l-arti u l-artiġjanat, mela ż-Żejtun illum huwa l-post fejn għandek tmur.
L-għaqda Żejtun Organisation to Empower You (ŻOEY), u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jorganizzaw l-attività L-Arti fil-Beraħ illum bejn id-9am u 12pm f'Misraħ San Girgor maġenb il-Parroċċa l-Qadima magħrufa bħala Ta' San Girgor.
Se jkun hemm skulturi, pitturi, bizzilla, ċeramika, mużika u karozzi klassiċi u moderni, fost l-oħrajn, bil-parteċipazzjoni tal-Malta Mini Owners Club Malta, Classic Ford Cars Malta, u l-Klabb tal-Bizzilla.
II-misraħ se jkun imdawwar b'artiġjana Maltin li se jkunu qed jeżebixxu u juru l-proċess tax-xogħol artistiku tagħhom lill-pubbliku.
Se tkun qed issir pittura kbira bl-għajnuna tal-pubbliku, li tippromwovi d-diversità.