Arti Sagra bl-użu tan-newl f’Għawdex

Għat-13-il sena konsekuttiva, fiż-Żebbuġ Għawdex qed tittella’ wirja ta’ Arti Sagra u Mejda tal-Appostli.
Il-Passjoni, li ġiet imħejjija mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija ġiet inawgurata mid-Direttur Spiritwali, il-Kan. Dun Noel Saliba nhar il-Ħadd li għadda.
Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku matul dawn il-jiem, b’mod partikolari nhar Ħamis ix-Xirka bejn is-6pm u nofsillejl u fil-Ġimgħa l-Kbira bejn it-8am u nofsinhar.
Element ewlieni u li jiddistingwi l-wirja minn oħrajn huwa l-użu tan-newl, li hu sinonimu u kien ewlieni fis-snajja’ tal-insiġ fir-raħal taż-Żebbuġ.