Arthur Muscat il-president il-ġdid tal-MEA

President ġdid għall-Assoċċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem. Arthur Muscat ħa post Joshua Zammit li kien president tal-Assoċċjazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn.

Muscat ilu membru tal-MEA sa mill-1995 u kien diġà serva bħala President fl-2004 sal-2005. Fl-aħħar snin kien irrappreżenta l-MEA f’diversi konferenzi barra minn Malta u anke fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali l-MCESD.

Arthur Muscat hu ggradwat mill-Università ta’ Malta fl-Istorja u l-Ekonomija. Kien responsabbli mid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani fil-kumanija Simonds Farsons Cisk Plc.