Arteta l-maniġer il-ġdid ta’ Arsenal?

Mikel Arteta mistenni jinħatar bħala l-maniġer il-ġdid ta’ Arsenal aktar tard illum. Arteta sellem lill-istaff ta’ Manchester City nhar il-Ħamis li għadda.

City ma dehrux wisq kuntent bil-mod ta’ kif Arsenal imxew magħhom, iżda mhux se jwaqqfuh milli jingħaqad ma’ Arsenal.

Jidher li bħala kumpens, Arsenal se jkollhom iħallsu somma flus tajba.

Freddie Ljungberg se jkun qed imexxi lit-tim għall-aħħar darba ġewwa Goodison Park nhar is-Sibt. Fl-istess ħin Arteta se jattendi għal-logħba biex isegwi lit-tim li se jkun qed imexxi hu.