Arteta jgħid li ħa riskju li ħalla l-frott

Reuters

Il-maniġer ta’ Arsenal Mikel Arteta qal li l-plejers iż-żgħar tal-klabb wrew il-kapaċità tagħhom wara li rnexxielhom jirbħu kontra t-tim ta’ League One Portsmouth. B’hekk Arsenal għaddew għall-kwarti tal-finali tal-FA Cup.

Arteta għażel li jilgħab sitt plejers taħt l-20 sena. Fil-grawnd dehru li kellhom il-kontroll totali, speċjalment fit-tieni nofs tal-logħba. Huma rnexxielhom jirbħu kontra tim li kien ilu 19-il logħba ma jitlef f’daru u kienu rebħu l-aħħar 10 logħbiet tagħhom.

F’intervista ma’ BBC Arteta qal li hu ġenwinament kuntent bil-prestazzjoni li taw. Qal li kien riskju, iżda kien riskju li sewa.