Art ODZ: Mhux se ssir pompa tal-petrol f’Ħ’Attard

Pompa tal-petrol li kienet proposta timbena fuq art ODZ fl-arterja ta’ Ħ’Attard ġiet deċiża li ma ssirx.

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) esprimiet is-sodisfazzjoni tagħha li l-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ivvota kontra pompa tal-petrol f’Ħ’Attard. L-iżvilupp kien se jinkludi l-faċilitajiet tal-petrol, faċilitajiet tal-ħasil tal-karozza u garaxx għas-servizz tat-tajers. Barra minn hekk, kien se jinkludi wkoll faċilitajiet għas-servizzi tal-vetturi elettriċi, ATM, ħwienet, uffiċċju, u parkeġġ u ħażna taħt l-art.

Aqra: Konsultazzjoni pompi tal-petrol: Ċans li l-PA tikkunsidra art ODZ

L-ERA laqgħet din id-deċiżjoni, hekk kif fil-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, ġie konkluż li l-proġett iwassal għal telf ta’ art agrikola ta’ kwalità tajba u għal telf ta’ siġar protetti.