Arsenal wara Maycon

Arsenal qegħdin iħarsu lejn il-Brażil sabiex minn hemm iġibu plejer li jista’ jgħin lid-dipartiment ta’ nofs il-grawnd.
Skont il-gazzetta Brażiljana UOL, it-tim immexxi minn Arsene Wenger qed isegwi b’ċertu attenzjoni l-progress tal-midfielder Maycon illi bħalissa qed jilgħab ma’ Corinthians fl-ogħla diviżjoni tal-pajjiż.
Ħafna timijiet Ewropej fosthom Napoli qed jinteressaw ruħhom f’dan il-plejer li huwa stmat li jiswa £9 miljun. Matul dan l-istaġun il-Gunners batew xi ftit f’din iż-żona tal-grawnd u d-diriġenti qed jaħsbu sabiex jissaħħu.