Arsenal wara Martial

Arsenal qed jibdew jaħdmu sabiex iġibu magħhom lill-attakkant Franċiż ta’ Manchester United Anthony Martial bħala s-sostitut ta’ Alexis Sanchez illi ser jitlaq lill-Gunners fil-futur qarib.
The Mirror qed tirrapporta li Arsene Wenger huwa ħerqan illi jakkwista lill-kompatrijott tiegħu u jemmen li jista’ jintegra tajjeb mat-tim minn Londra.
Martial s’issa ftit sab postu fl-ewwel ħdax ta’ Jose Mourinho hekk kif daħal dejjem bħala sostitut fil-logħbiet tal-kampjonat ta’ Manchester United.
Huwa għandu 21 sena u kellu esperjenzi wkoll ma’ Lyon u Monaco fil-Ligue 1 Franċiża.