Arsenal wara Maksimovic

Skont ir-rivista sportiva Taljana Guerino Sportivo, Arsenal qed ilestu s-somma ta’ 20 miljun lira sterlina sabiex jiksbu s-servizzi tad-difensur ta’ Napoli Nikola Maksimovic.
L-internazzjonali mis-Serbja s’issa ftit sab postu mal-Partenopei u dan il-fattur jista’ jġiegħlu jiċċaqlaq lejn destinazzjoni oħra. Għal Maksimovic barra Arsenal hemm ukoll Inter illi qed jevalwaw il-progress ta’ dan il-plejer.
Il-plejer kellu esperjenzi wkoll ma’ Torino u Red Star Belgrade qabel ma’ ngħaqad ma’ Napoli fis-sena 2016.