Arsenal joqorbu lejn l-akkwist ta’ Benatia

Unai Emery jinsab interessat li jiffirma lil Mehdi Benatia ma’ Arsenal minkejja li Borussia Dortmund qed isegwu wkoll lid-difensur li bħalissa jinsab fir-Russja għat-Tazza tad-Dinja mal-Marokk.

Id-difensur ta’ Juventus għad fadallu sentejn fuq il-kuntratt tiegħu iżda jista’ jkun li jinbiegħ wara żewġ staġuni mimlijin trofej f’Turin. Ġie wkoll irrapurtat li r-relazzjoni bejn id-difensur Marokkin u l-kowċ Massimiliano Allegri mhijiex waħda tajba.

Arsenal diġà saħħew lid-difiża billi akkwistaw lil Bernd Leno mingħand Bayer Leverkusen, lil Sokratis Papastathopoulos mingħand Borussia Dortmund u lil Stephan Lichsteiner b’xejn wara li dan intemmlu l-kuntratt ma’ Juventus.

Skont La Gazzetta dell Sport, Arsenal huma mistennija li jissieltu ma’ Borussia Dortmund għall-akwwist ta’ Benatia u r-ritorn tiegħu fil-Bundesliga tista’ tkun opportunità interessanti għad-difensur wara li qatta’ sentejn ma’ Bayern Munich.

Miġjub lilek minn Hublot