Arsenal joffru kuntratt ġdid lil Alex Oxlade-Chamberlain

Arsenal offrew kuntratt ġdid lill-midfielder ċentrali tagħhom Alex Oxlade-Chamberlain.
Skont il-ġurnal TheDaily Star, dan il-ftehim sar għal erba’ snin fejn il-player Ingliż ser ikun qed jaqla’ madwar 125,000 lira sterlina fil-ġimgħa.
B’hekk ġiet eskluża għal kollox il-possibilta’ li Chelsea jakkwistaw lil dan il-player illi kien qed jissemma’ ħafna magħhom.
Madankollu Arsene Wenger ried iżomm dan il-player akkost ta’ kollox hekk kif xtaq ikompli jsaħħaħ nofs il-ground.
Chamberlain ilu ma’ Arsenal mis-sena 2011 u skorja disa’ gowls f’130 partita li lagħab bil-flokk tal-Gunners.