Arsenal jixħtu għajnejhom fuq Draxler

Arsenal xeħtu għajnejhom fuq il-winger Ġermaniż ta’ Paris St Germain Julian Draxler.
Bl-ispazju mat-tim Franċiż li issa sar ferm limitat wara l-akkwisti riċenti, Draxler qiegħed jikkonsidra bis-serjetà din il-proposta. 
Il-klabb minn Pariġi qegħdin jitolbu £32 miljun lil Arsenal. 
Sadanittant Borussia Dortmund u Inter ukoll qegħdin jiġru wara l-firma ta’ dan il-plejer. 
Draxler lagħab 17-il darba ma’ PSG fejn skorja erba’ goals.