Arsenal jitilgħu fis-sitt post b’rebħa kontra Everton

Arsenal qabżu lil Manchester United fil-klassifika tal-Premier Ingliż b’rebħa ta’ 2-0 kontra Everton. Richarlison mar viċin li jiftaħ l-iskor għat-tim ta’ Marco Silva fl-ewwel taqsima. Madanakollu kien l-attakkant ta’ Arsenal Alexandre Lacazette li skurja l-ewwel gowl fis-56 minuta b’xutt brillanti li għeleb lil Jordan Pickford.

Pierre-Emerick Aubameyang għamilhom 2-0 b’xutt mill-viċin meta kien jinsab f’pożizzjoni ta’ offside. Petr Cech kien indispensabbli għall-iskwadra ta’ Unai Emery hekk kif laqa’ l-ballun f’ħames okkażjonijiet matul l-ewwel taqsima.

Arsenal irnexxilhom jirbħu l-aħħar erba’ logħbiet tagħhom fil-Premier League filwaqt li Everton naqsu milli jiksbu rebħa waħda fl-istess numru ta’ logħob.