Arsenal jirbħu kontra Bournemouth: jgħaddu għall-5 rawnd

Arsenal rebħu bl-iskor minimu ta’ 2-1 kontra Bournemouth. B’hekk Arsenal għaddew għall-ħames rawnd u se jkunu qed jilagħbu kontra Portsmouth. Bukayo Saka poġġa lil Arsenal fuq quddiem kmieni fil-logħba b’xutt mill-isbaħ b’siequ x-xellugija.

Il-gowl ta’ Saka wasal wara li Arsenal irnexxielhom jagħmlu 22 pass bejniethom.

Saka li għandu 18-il sena għadda cross brillanti minn-naħa tax-xellug tal-grawnd lejn Nketiah. Eddie Nketiha rnexxielu jieħu l-ballun taħt il-kontroll tiegħu u ma falliex milli jiskurja minn distanza qasira.

Il-gowl għal Bournemouth wasal grazzi għal Sam Surridge iżda sfortunatament kien tard wisq biex idaħħalhom lura fil-logħba.